Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA „Piltenes meži” vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-251/21)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA „Piltenes meži”

Il-parti l-oħra għall-Appell: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

Il-pagamenti għall-mikroriżervi maħluqa fiż-żoni tal-foresti sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 1 ?

L-għoti ta’ kumpens dovut għall-mikroriżervi maħluqa sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi 2 huwa suġġett għar-restrizzjonijiet dwar il-pagamenti lill-impriżi f’diffikultà previsti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna, fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali, kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 3 ?

____________

1  ĠU 2013, L 347, p. 487 u rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.

2  ĠU 2010, L 20, p. 7.

3  ĠU 2014, L 193, p. 1.