Language of document : ECLI:EU:T:2010:170

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI

28 ta’ April 2010

Kawża T-103/10 P(R)-R

Il-Parlament Ewropew

vs

U

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni ta’ tkeċċija — Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mogħti fi proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Suġġett: Talba intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2009, U vs Il‑Parlament (F‑92/09 R, ĠabraSP p. I‑A‑1‑511 u II‑A‑1‑2771).

Deċiżjoni: Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji mressqa mill-Parlament Ewropew. L-ispejjeż huma rriżervati.

Sommarju

Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 104(2))