Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSvea Hovrätt (l-Isvezja) fit-18 ta' Ottubru 2012 - Nils Svensson, Sten Sjögren, Pia Gadd u Madeleine Sahlman vs Retriever Sverige

(Kawża C-466/12)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea Hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nils Svensson, Sten Sjögren, Pia Gadd u Madeleine Sahlman

Konvenuta: Retriever Sverige AB

Domandi preliminari

Il-fatt li persuna li ma hijiex il-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ta' biċċa xogħol tipprovdi link li twassal għal din il-biċċa tax-xogħol fuq is-sit internet tiegħu jikkostitwixxi komunikazzjoni ta' dan ix-xogħol lill-pubbliku skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni ?

L-evalwazzjoni fl-ewwel domanda hija influwenzata mill-fatt li x-xogħol li tirrinvija għalih il-link jinsab fuq sit internet li kulħadd jista' jaċċedi għalih mingħajr restrizzjonijiet jew li l-aċċess għal dan is-sit huwa, għall-kuntrarju, limitat b'xi mod jew ieħor?

Huwa xieraq li, waqt l-evalwazzjoni tal-ewwel domanda, issir distinzjoni skont jekk il-biċċa tax-xogħol, wara li l-utenti jikklikkja fuq il-link, tidhirx fuq sit internet ieħor jew, għall-kuntrarju, tagħti l-impressjoni li hija qed tintwera fuq l-istess sit?

Stat Membru jista' jagħti protezzjoni iktar wiesa' lid-dritt esklussiv ta' awtur billi jipprovdi li l-kunċett ta' komunikazzjoni lill-pubbliku tinkludi wkoll operazzjonijiet bħal dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.