Language of document : ECLI:EU:T:2011:99





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2011 –
Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO)

(Kawża T-175/10)

“Trade mark Komunitarja – Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà”

Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Firma minn avukat li huwa terz fil-konfront tar-rikorrent – Kumpannija rikorrenti rrappreżentata minn avukat li huwa wkoll l-amministratur tagħha – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1)) (ara l-punti 18, 19, 23, 24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Frar 2010 (Każ R 1116/2009-4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal vrbali FERTILITYINVIVO bħala trade mark Komunitarja

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Milux Holding SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali FERTILITYINVIVO, għal prodotti fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.