Language of document : ECLI:EU:T:2011:519





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 – ara vs UASI – Allrounder (A b’żewġ sinjali trijangulari)

(Kawża T-174/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva A b’żewġ sinjali trijangulari – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti A – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22-24, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2010 (Każ R 481/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ara AG u Allrounder SARL

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż.