Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' April 2010 - ARA vs UASI - Allrounder (Rappreżentazzjoni tal-ittra "A" b'żewġt iqrun)

(Kawża T-174/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 481/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Allrounder SARL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta l-ittra "A" b'żewġt iqrun, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: b'mod partikolari trade mark verbali "A" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 sa fejn teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kontenzjużi.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).