Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-20 ta’ Jannar 2022 – HK vs Service fédéral des Pensions (SFP)

(Kawża C-45/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HK

Konvenut: Service fédéral des Pensions (SFP)

Domandi preliminari

-    Ir-regola prevista fl-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 skont liema l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiddividu l-ammonti tal-benefiċċju jew benefiċċji u dħul ieħor, skont kif kienu ikkunsidrati, bin-numru ta’ benefiċċji suġġetti għar-regoli msemmija, għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi d-diviżjoni tad-dħul inkwantu tali meħud inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tar-regola ta’ nuqqas ta’ kumulu bin-numru ta’ pensjonijiet tas-superstiti affettwati mir-regoli antikumulu?

-    Ir-regola prevista fl-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 skont liema l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiddividu l-ammonti tal-benefiċċju jew benefiċċji u dħul ieħor, skont kif kienu ikkunsidrati, bin-numru ta’ benefiċċji suġġetti għar-regoli msemmija, għandha għall-kuntrarju tiġi interpretata fis-sens li timponi d-diviżjoni, mhux tad-dħul inkwantu tali meħud inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tar-regola ta’ nuqqas ta’ kumulu, iżda pjuttost tal-parti tad-dħul li jaqbeż limitu ta’ kumulu, bħalma huwa previst pereżempju bir-regola nazzjonali inkwistjoni, bin-numru ta’ pensjonijiet tas-superstiti affettwati mir-regoli antikumulu?

____________

1     ĠU 2004, L 166, p. 1.