Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Del Valle Ruiz and Others  vs il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-510/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruiz (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) u 41 rikorrenti oħra (rappreżentanti: Saini, QC, J. Pobjoy, barrister, u R. Boynton, solicitor)

Konvenuti: il-Kummissjoni u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

-    tannulla fl-ewwel lok id-deċiżjoni tal-BUR adottata waqt is-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar l-adozzjoni tal-iskema ta’ riżluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, S.A. u fit-tieni lok, id-deċiżjoni tal-Kummission (UE) 2017/1246 1 . Ir-rikorrenti jitolbu ukoll lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara bħala illegali l-Artikoli 18 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 2 ; u

-    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 18 tar-regolament SUR, safejn il-proċedura prevista fih ma tipprovdix lill-azzjonisti l-possibbiltà li jinstemgħu u ma tippermettix li jsir stħarriġ ġudizzjarju, bi ksur a) tal-Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “Karta tal-UE”) u b) tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.    Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, indipendentement mill-illegalità possibbli tal-Artikolu 18 tar-regolament SUR, id-deċiżjoni kkontestata tal-BUR u d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni jiksru l-Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta tal-UE.

3.    Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti jsosntu li l-BUR u l-Kummissjoni kisru, mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew proporzjonalità, id-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti.

4.    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 20 tar-regolament SUR safejn dawn ma wettqux evalwazzjoni adegwata u indipendenti qabel ma adottaw id-deċiżjoni ikkontestata tal-BUR u d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.

5.    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 18(1) tar-regolament SUR safejn qiesu li l-kundizzjonijiet preliminari elenkati fl-Artikolu 18(1)(a) u (b) kienu issodisfatti.

6.    Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 21(1) tar-regolament SUR safejn qiesu li kienu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tnaqqis jew ta’ konverżjoni tal-istrumenti ta’ kapital ikkonċernati.

7.    Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni ta’ kundizzjoni proċedurali sostanzjali safejn ma pprovdew l-ebda motivazzjoni adegwata għad-deċiżjoni ikkontestata tal-BUR u għad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.

8.    It-tmien motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BUR u l-Kummissjoni, ma osservawx fil-mument li huma għażlu il-mezz tal-bejgħ tal-impriża, a) il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u b), l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, billi varjaw mill-pjan ta’ riżoluzzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni.

9.    Fid-disa’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Artikoli 18 u 22 tar-regolament SUR jiksru il-prinċipji marbuta mad-delegazzjoni tal-poteri.

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038), (ĠU L 178, p. 15).

2     Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ [Skema Unika] ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, p. 1)