Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruíz et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-510/17) 1

(“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Dritt għal smigħ – Delega tal-poter – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 18, 20 u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruíz (Messiku, il-Messiku) u 41 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: J. Pobjoy, barrister, B. Kennelly, QC, u S. Walker, solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti), Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. King u M. Fernández Rupérez, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Etienne, M. Menegatti, M. Sammut, L. Stefani u M. Martínez Iglesias, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, J. Bauerschmidt, A. Westerhof Löfflerová u H. Marcos Fraile, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, A. Rodríguez Conde, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukati, u G. Cahill, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-sessjoni eżekuttiva tas-SRB, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (ĠU 2017, L 178, p. 15).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Antonio Del Valle Ruíz u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawn sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni Unika (SRB) u Banco Santander, SA.

Ir-Renju ta’ Spanja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 374, 6.11.2017.