Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2011 - Brighton Collectibles vs UASI - Felmar (BRIGHTON)

(Kawża T-403/10)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi BRIGHTON u sinjali oħra preċedenti BRIGHTON - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Brighton Collectibles, Inc. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Delorey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Felmar (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Monégier du Sorbier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Ġunju 2010 (Każ R 408/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Brighton Collectibles, Inc. u Felmar.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Brighton Collectibles, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

Felmar għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.