Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2012 - Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-458/09 u T-171/10)
("Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Obbligu ta' motivazzjoni - Proporzjonalità")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Slovak Telekom a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: initizjalment minn M. Maier, L. Kjølbye u D. Geradin, sussegwentement minn L. Kjølbye, D. Geradin et G. Berrisch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz (Kawża T-458/09) u M. Castillo de la Torre, K. Mojzesowicz u J. Bourke (Kawża T-171/10), aġenti)
Suġġett
Talbiet għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6840, tat-3 ta' Settembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 - Slovak Telekom) u, min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 902, tat-8 ta' Frar 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 - Slovak Telekom).
Dispożittiv
1) Ir-rikorsi huma miċħuda.
2) Slovak Telekom a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 11, 16.01.2010.