Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Ottubru 2010 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-154/09) 1

"Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Artikoli 3(2) u 8(2) - Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta' servizz universali - Traspożizzjoni inkorretta"

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Nijenhuis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, L. Morais, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) - Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta' servizz universali

Dispożittiv

Billi ma ttrasponietx korrettament fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-ħatra tal-fornitur jew tal-fornituri tas-servizz universali u, fi kwalunkwe każ, billi ma żguratx l-applikazzjoni prattika ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009