Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2023 minn Carles Puigdemont i Casamajó, Antoni Comín i Oliveres mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fil-5 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-115/20, Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża C-573/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Carles Puigdemont i Casamajó, Antoni Comín i Oliveres (rappreżentanti: P. Bekaert u S. Bekaert, avukati, G. Boye, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li allegatament tinsab fl-ittra tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2019, indirizzata b’risposta għat-talba intiża biex il-Parlament jiddefendi, abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari tagħhom; jew, sussidjarjament

tirreferi l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż; jew, sussidjarjament

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji:

L-ewwel aggravju: Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Artikolu 296 TFUE, u tal-Artikoli 36 u 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tieni aggravju: Ksur tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta, b’rabta mal-Artikoli 39(2) u 41 tal-Karta u mar-Regoli 7 u 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.

It-tielet aggravju: Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta b’riżultat tat-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________