Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2010 - dm drogeriemarkt GmbH & Co. KG v UASI - S.E.M.T.E.E. (caldea)

(Kawża T-304/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm drogeriemarkt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky and P. Hiller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S.E.M.T.E.E. (Escaldes Engornay, Andorra)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 899/2009-1 u, b'korrezzjoni, tħassar it-trade mark tar-rikorrenti;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 899/2009-1 u tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 899/2009-1,

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "caldea" bl-oranġjo, blu u abjad għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 42, 44 u 45 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5691845

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark internazzjonali bin-numru ta' reġistrazzjoni 894004 tat-trade mark verbali "BALEA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunisdra b'mod żbaljat li ma kinitx teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________