Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2010 - Hartmann-Lamboy vs UASI - Diptyque (DYNIQUE)

(Kawża T-305/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marlies Hartmann-Lamboy (Westerburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Loos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIPTYQUE SAS (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment jew temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 1217/2009-1, sa fejn ma tilqax it-talbiet tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tal-oppożizzjoni, tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali DYNIQUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 41 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: DIPTYQUE SAS.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali DIPTYQUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)