Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – SP vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-472/09 u T-55/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Bażi legali – Eċċess ta’ poter u użu ħażin ta’ proċedura – Multi – Limitu previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ modifika – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SP SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-472/09, inizjalment R. Sauer, V. Di Bucci u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, bħala aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat, u, fil-Kawża T-55/10, inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, assistiti minn M. Moretto)

Suġġett

Fil-Kawża T-472/09, talba għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ eżistenza jew ta’ annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni, u b’mod ulterjorment sussidjarju, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, kif ukoll, fil-Kawża T-55/10, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li temenda d-Deċiżjoni C (2009) 7492 finali.DispożittivIl-Kawżi T-472/09 u T-55/10 għandhom jingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza.Fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni:l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), hija annullata sa fejn timponi, in solidum, multa ta’ EUR 14.35 miljun lil SP SpA;il-kumplament tar-rikors huwa miċħud;SP għandha tbati nofs l-ispejjeż relattivi tagħha;il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż relattivi tagħha u nofs l-ispejjeż esposti minn SP.Fil-Kawża T-55/10, SP vs Il-Kummissjoni:ir-rikors huwa miċħud;SP hija kkundannata għall-ispejjeż.