Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Mejju 2024 – SIA EUROPARK LATVIA, SKIDATA GmbH vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-353/24, EUROPARK LATVIA u SKIDATA)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA EUROPARK LATVIA, SKIDATA GmbH

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Intervenjenti: SIA 19 points, SIA Ernst & Young Baltic

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “regolament tekniku”, li l-abbozzi tiegħu għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva, jinkludi dispożizzjoni legali li abbażi tagħha fornitur ta’ servizzi ta’ manutenzjoni huwa obbligat li jipprovdi l-kodiċi tas-sors ta’ software irreġistrat lill-korp għall-evalwazzjoni tal-konformità?

L-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li l-kodiċi tas-sors ta’ software irreġistrat jiġi pprovdut lill-korp għall-evalwazzjoni tal-konformità jista’ jitqies li huwa miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, jista’ jitqies li din il-miżura hija proporzjonata fir-rigward tal-effikaċja tal-kontrolli fiskali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.