Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awwissu 2012 - El Corte Inglés vs UASI - Apro Tech (APRO)

(Kawża T-372/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apro Tech Co., Ltd (Taichung Hsien, Taiwan)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Mejju 2012, fil-Każ R 196/2011-2, li tiddikjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, l-appell tal-persuna li ressqet oppożizzjoni quddiem l-UASI kellu jiġi milqugħ u tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ta' għoti totali tat-trade mark Komunitarja Nru 8 253 551 "APRO" (imħallta);

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Apro Tech., Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "APRO" għal prodotti fil-klassi 12 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 253 551

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali u Komunitarja figurattiva "B-PRO by Boomerang" u trade marks Komunitarji verbali " PRO MOUNTAIN" u "PRO OUTDOOR " għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________