Language of document :

Rikors ippreżentat fit-20 ta' Awwissu 2012 - Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI - Beverage Trademark (KASTEEL)

(Kawża T-374/12)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Brouwerij Van Honsebrouck (Ingelmunster, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Beverage Trademark Co. Ltd BTM (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 2551/2010-2;

tikkundanna lill-UASI u l-Beverage Trademark Co. Ltd BTM għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark internazzjonali figurattiva li tinkludi l-element verbali "KASTEEL" għal prodotti fil-klassi 32 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 975 635

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Beverage Trademark Co. Ltd BTM

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali "CASTEL BEER" għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________