Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Novembru 2014 – Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI – Beverage Trademark (KASTEEL)

(Kawża T-374/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva KASTEEL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTEL BEER – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brouwerij Van Honsebrouck (Ingelmunster, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beverage Trademark Co. Ltd BTM (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Dequiré-Portier, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2551/2010-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Beverage Trademark Co. Ltd BTM u Brouwerij Van Honsebrouck.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Brouwerij Van Honsebrouck għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Beverage Trademark Co. Ltd BTM.