Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-95/12)

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors imressaq permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru li jirriproduċi l-firma ta’ avukat jew permezz ta’ metodu ieħor ta’ riproduzzjoni – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timplimenta t-tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità tar-rikorrent sabiex tiġi rkuprata s-somma ta’ EUR 3 000 mħallsa lir-rikorrent sabiex tiġi implementata sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li kienet, sussegwentement, ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.