Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/12)

(Servizz Pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata tar-rikors – Firma miktuba bl-idejn tal-avukat li hija differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors –Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba li tiġi annullata d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent li jingħatalu kumpens ta’ EUR 20 000 minħabba allegat dannu li huwa sofra wara l-ksur tal-kunfidenzjalità medika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.