Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Mejju 2010 - Strålfors Aktiebolag vs UASI (ID SOLUTIONS)

(Kawża T-211/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1111/2009-2;

tapprova r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8235202 "ID SOLUTIONS" għal "tikketti u kaxxi magħmulin minn karta u kartunċin (mhux maħsubin għall-identifikazzjoni ta' persuni); materjal għall-illegar tal-kotba; kolla maħsuba għall-kartolerija u għal użu domestiku, materjali tal-artisti, pniezel, tajprajters u oġġetti neċessarji f'uffiċċju (minbarra għamara); materjal istruttiv u ta' tagħlim (minbarra apparat); materjali tal-plastik maħsuba għall-imballaġġ (li m'humiex inklużi fi klassijiet oħra); it-tipa ta' printers; blokok tal-istampar" fil-klassi 16; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ID SOLUTIONS" għal prodotti fil-klassi 16 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8235202

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud u deċiżjoni kkontestata kkonfermata

Motivi: Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8235202 "ID SOLUTIONS" għandha tiġi rreġistrata għal prodotti fil-klassi 16 għax "ID SOLUTIONS" hija ta' karattru distintiv għal dawn il-prodotti u għalhekk tissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________