Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)

(Kawża T-195/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PRIMA KLIMA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PRIMAGAZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Pubbliku rilevanti – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Karattru distintiv ta’ element verbali li jfaħħar – Paragun kunċettwali – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gerhard Reeh (Radnice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA u Gerhard Reeh.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward ta’ prodotti “Tagħmir fiss tad-dawl, apparat għat-tisħin tal-arja f’ċertu spazju, apparat għat-tnixxif; apparat għal ventilazzjoni; filtri tal-faħam attiv għall-ventilazzjoni”.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 1

75, 10.6

.2014.