Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Lubrizol France vs Il-Kunsill

(Kawża T-191/14) 1

(“Tariffa Doganali Komuni – Leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sospensjoni ta’ dazji awtonomi fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali – Oġġezzjoni fil-konfront tas-sospensjonijiet eżistenti – Ekwivalenza tal-prodotti – Proċedura ta’ ġestjoni tal-oġġezzjonijiet”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lubrizol France SAS (Lubrizol France SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, B. Hartnett, barrister, u A. Bochon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Caeiros u M. Clausen, sussegwentement minn A. Caeiros u A. Lewis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU 2013, L 354, p. 201), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ċaħħdu lir-rikorrenti minn tliet sospensjonijiet li hija bbenefikat minnhom preċedentement konformement mal-Kodiċijiet TARIC 2918 2900 80, 3811 2900 10 u 3811 9000 30.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lubrizol France SAS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 151, 19.5.2014.