Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/10) 1

(Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq Opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA - Komitoloġija Proċedura regolatorja Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali Konstatazzjoni ex officio)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Sipos u L. Pignataro-Nolin, sussegwentement minn A. Sipos u D. Bianchi, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti); Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment minn C. Schiltz, sussegwentement minn P. Frantzen u fl-aħħar minn L. Delvaux u D. Holderer, aġenti); Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u E. Riedl, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Szpunar, B. Majczyna u J. Sawicka, sussegwentement minn B. Majczyna u J. Sawicka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal lamtu (ĠU L 53, p. 11) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata ( Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) immodifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata mmodifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ungerija.Ir-Repubblika Franċiża, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Ir-Repubblika tal-Awstrija u Ir-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.