Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2010 - ZEWE-Zentral vs UASI - KODI Diskontläden (inéa)

(Kawża T-538/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZEWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KODI Diskontläden GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Ottubru 2008 (Każ R 744/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn KODI Diskontläden GmbH u REWE-Zentral AG.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009