Language of document : ECLI:EU:F:2014:178

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

2 ta’ Lulju 2014

Kawża F-62/12

Gian Andrea Bandieri

vs

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA)

“Servizz pubbliku — Kwistjonijiet proċedurali — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Delega tas-setgħat devoluti lill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Rikors ippreżentat kontra l-awtorità li qed tiddelega — Assenza ta’ imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-konvenut — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, li permezz tiegħu G. A. Bandieri jitlob, essenzjalment, l-annullament tal-proposta tal‑14 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ffissat, fuq talba tagħha, in-numru ta’ snin ta’ servizz akkreditati fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li jirriżultaw mit-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni li huwa kien kiseb mill-iskema ta’ pensjoni tal-Italja.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. G. A. Bandieri għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Kwalità ta’ konvenut — Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Delega tas-setgħat devoluti lill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Rikors ippreżentat kontra l-awtorità li qed tiddelega — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(a))

Ir-rikorsi fl-oqsma li fir-rigward tagħhom ġie applikat l-Artikolu 2(2) tar-Regolamenti tal-Persunal huma ppreżentati kontra l-istituzzjoni li minnha tiddependi l-Awtorità tal-Ħatra fdata bl-eżerċiżżju tas-setgħat.

Peress li l- Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) ddelegat lill-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali” (PMO) is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra jew tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ fil-qasam tat-trasferiment ta’ drittijiet għal pensjoni tal-persunal tal-Aġenzija, rikors ippreżentat kontra l-AESA intiż għal deċiżjoni adottata f’dan il-qasam mill-PMO huwa manifestament inammissibbli.

(ara l-punti 19 sa 21 u 25)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza Hall vs Il‑Kummissjoni u CEPOL, F‑22/12, EU:F:2013:202, punt 25