Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2009 - Gühring vs UASI (Tagħqid tal-kulur isfar okra u tal-kulur griż fiddien)

(Kawża T-300/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gühring OHG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 fil-Każ R 1329/2008-1;

tannulla d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2008 li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni ta' trade mark (Applikazzjoni Nru 6 703 565);

tiddikjara li t-trade mark li għaliha saret l-Applikazzjoni Nru 6 703 565 tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 fil-Każ R 1329/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark komposta minn tagħqid tal-kulur isfar okra u tal-kulur griż fiddien għal prodotti fil-klassi 7 (Applikazzjoni Nru 6 703 565)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija ta' karattru distintiv. Barra minn hekk, ksur tad-dritt proċedurali, b'mod partikolari tal-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).