Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ April 2021 – Italy Emergenza Cooperativa Sociale vs Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza

(Kawża C-214/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Italy Emergenza Cooperativa Sociale

Konvenut: Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza

Intervenjent: ANPAS – Associazione Nazionale Pubbliche Assistenze Odv

Domanda preliminari

L-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24 UE 1 – flimkien mal-premessa 28 ta’ din id-direttiva – jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li s-servizzi ta’ trasport mediku ta’ emerġenza u ta’ urġenza jkunu jistgħu jiġu assenjati biss permezz ta’ ftehim, bħala prijorità, lil organizzazzjonijiet ta’ volontarjat – sakemm dawn ikunu irreġistrati fil-lista għal mill-inqas sitt xhur fir-reġistru nazzjonali uniku tat-tielet settur, kif ukoll li jkunu membri ta’ network assoċjattiv u jkunu akkreditati konformement mal-leġiżlazzjoni settorjali reġjonali (fejn ikun il-każ), u bil-kundizzjoni li din l-assenjazzjoni tiggarantixxi l-provvista ta’ servizz f’sistema li tikkontribwixxi effettivament għal għan soċjali u li ssegwi għanijiet ta’ solidarjetà, f’kundizzjonijiet ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ adegwatezza, kif ukoll fl-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni – mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni, fost assenjatarji possibbli, l-organizzazzjonijiet l-oħra mingħajr skop ta’ lukru u, b’mod iktar partikolari, il-kooperattivi soċjali , bħala impriżi soċjali mingħajr skop ta’ lukru, inklużi l-koperattivi soċjali li jamministraw id-distribuzzjoni lill-membri tagħhom ta’ rifużjonijiet relatati ma’ attivitajiet ta’ interess ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 3(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv 112 tal-2017 ?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).