Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2017 – Frank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/15)1

(“Rikors għal annullament – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Horizon 2020 – Sejħiet għal proposti u attivitajiet konnessi taħt il-programm ta’ ħidma tal-KER 2015 – Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti – Deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-azzjoni amministrattiva dwar id-deċiżjoni tal-ERCEA – Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Inammissibbiltàˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Trautner, sussegwentement E. Niitväli, M. Reysen, sussegwentement E. Niitväli, M. Reysen u S. Wachs, u finalment S. Conrad, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA), tal-5 ta’ Ġunju 2015, li tikkonċerna, fil-kuntest tal-programm “ERC starting grantˮ, il-proposta Nru 680151 rar-rikorrenti li ma ġietx suġġetta għal evalwazzjoni pożittiva waqt l-ewwel stadju u li ma ġietx ammessa għall-eżami tat-tieni stadju u tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Regine Frank u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 48, 8.2.2016.