Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Diċembru 2021 – Uniunea Producătorilor de Fonograme din România (UPFR) vs Societatea Naţională de Transport Feroviar de Călători (SNTFC) “CFR Călători” SA

(Kawża C-826/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Uniunea Producătorilor de Fonograme din România (UPFR)

Konvenut: Societatea Naţională de Transport Feroviar de Călători (SNTFC) “CFR Călători” SA

Domandi preliminari

Operatur tat-trasport bil-ferrovija li juża vaguni tal-ferroviji li fihom huma mwaħħla sistemi tal-awdjo bil-għan li tiġi kkomunikata informazzjoni lill-passiġġieri ikun qiegħed b’hekk jagħmel komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni 1 ?

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni konfutabbli ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku bbażata fuq l-eżistenza ta’ sistemi tal-awdjo meta dawn ikunu previsti f’dispożizzjonijiet legali oħra li jirregolaw l-attività tal-operatur tat-trasport?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.