Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs EEAS

(Kawża F-65/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: EEAS

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut milli r-rikorrent jiġi promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 meta kien fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Ottubru u tal-14 ta’ Ottubru 2013 li jirrifjutaw milli jippromwovu lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013;Jekk ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;jikkundanna lil EEAS għall-ispejjeż kollha.