Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)

(Kawża T-521/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedura ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A ASTER – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti A-STARS – Raġuni relattiva għal rifjut – Riskju ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti u S. Balice, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpinestars Research Srl, minn naħa, u Kean Tung Cho u Ling-Yuan Wang Yu, min-naħa l-oħra.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI) tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4) hija annullataL-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 352, 30.11.2013.