Language of document : ECLI:EU:T:2014:1036





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Leder & Schuh International vs UASI — Epple (VALDASAAR)


(Kawża T‑519/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VALDASAAR — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Val d’Azur — Raġuni relattiva għal rifjut– Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21-26, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali VALDASAAR u Val d’Azur (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 37, 40, 41, 49, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2013 (Każ R 719/2012‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Valerie Epple u Leder & Schuh International AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Leder & Schuh International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.