Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – Future Enterprises vs EUIPO – McDonald’s International Property (MACCOFFEE)

(Kawża T-518/13) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MACCOFFEE – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea McDONALD’S – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Familja ta’ trade marks – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapore, Singapore) (rappreżentanti: inizjalment B. Hitchens, J. Olsen, R. Sharma, M. Henshall, solicitors, u R. Tritton, barrister, sussegwentement B. Hitchens, J. Olsen, R. Tritton u E. Hughes-Jones, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Eckhartt, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1178/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn McDonald’s International Property Co. u Future Enterprises.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Future Enterprises Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 352, 30.11.2013.