Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Diċembru 2011 - Meyr-Melnhof Karton vs UASI - Stora Enso (SILVAWHITE)

(Kawża T-617/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meyr-Melnhof Karton AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: P. Baronikians u N. Wittich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stora Enso Oyj (Helsinki, il-Finlandja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 2139/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8197469; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti sosnuti quddiem l-UASI u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SILVAWHITE", għal prodotti fil-klassi 16 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8197469

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Finlandiża "SILVAPRESS", irreġistrata taħt in-numru 231953, għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark internazzjonali "SILVAPRESS", irreġistrata taħt in-numru 872793 għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn trade mark preċedenti u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.

____________