Language of document : ECLI:EU:T:2017:620





Digriet tal-Qorti Ġenerali (IlĦames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – IlĠermanja vs IlKummissjoni

(Kawża T114/10)

“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’– Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 67, 68)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))

(ara l-punti 75, 78)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712 tat‑23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742 tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Dispożittiv

1)

Id‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008) hija annullata, sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2)

Il‑Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir‑Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.