Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2008 - N vs Il-Parlament

(Kawża F-71/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn is-16 ta' Awwissu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Settembru 2007 li tikkonferma u tapprova b'mod definittiv ir-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn is-16 ta' Awwissu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006;

tannulla dan ir-rapport ikkontestat;

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament, tat-22 ta' Mejju 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni ikkontestata;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________