Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 – 9Flats vs UASI – Tibesoca (9flats.com)

(Kawża T-713/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 9Flats GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Stoffregen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tibesoca, SL (Valencia, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1671/2012-2;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, tat-13 ta’ Lulju 2012, fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 898 686;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark “9flats.com” - Trade mark Komunitarja Nru 9 832 635

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “9flats.com” għal servizzi fil-klassijiet 36, 38, 39 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 832 635

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Tibesoca, SL

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-elementi verbali “40 flats apartments”, għal servizzi fil-klassi 43, it-trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-elementi verbali “11 flats apartments”, għal servizzi fil-klassi 43 u t-trade mark figurattiva Spanjola, li tinkludi ċ-ċifri u l-element verbali “50 flats”, għal servizzi fil-klassi 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009