Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 – Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)

(Kawża T-714/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gold Crest LLC (Santa Barbara, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2038/2012-2;

tiddikjara li t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni hija eliġibbli għal reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “MIGHTY BRIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassi 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 853 141

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.