Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 – Chair Entertainment Group vs UASI – Libelle (SHADOW COMPLEX)

(Kawża T-717/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chair Entertainment Group LLC (Utah, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Libelle AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 776/2011-2;

tikkundanna lill-konvennut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SHADOW COMPLEX” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 235 434

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “DBShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 457 944, it-trade mark verbali “BusinessShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 749 439, it-trade mark verbali Ġermaniża “BusinessShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 u t-trade mark verbali Ġermaniża “FSShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark