Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 – Harry’s New York Bar vs UASI – Harrys Pubar (HARRY’S BAR)

(Kawża T-716/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harrys Pubar AB (Gothenburg, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Kawżi magħquda R 946/2012-1 u R 995/2012-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HARRY’S BAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 29, 30, 32, 33 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 378 031

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet ta’ trade marks Svediżi Nri 356 009, 320 026, 315 142, 55 6513-1066 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment fil-Każ R 995/2012-1 u appell miċħud fil-Każ R 946/2012-1

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 4 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja