Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Chair Entertainment Group vs UASI – Libelle (SHADOW COMPLEX)

(Kawża T-717/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SHADOW COMPLEX – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BusinessShadow – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chair Entertainment Group LLC (Provo, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Libelle AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 776/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Libelle AG u Chair Entertainment Group LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Chair Entertainment Group LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).Libelle AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.