Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-715/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt ta’ smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)SuġġettRikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG.DispożittivId-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ opp

ożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG, hija annullata.L-UASI huwa kkundannat għall-

ispejjeż

.