Language of document : ECLI:EU:T:2015:242





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2015 – Chair Entertainment Group vs UASI – Libelle (SHADOW COMPLEX)

(Kawża T‑717/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SHADOW COMPLEX – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BusinessShadow – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-20, 58)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali SHADOW COMPLEX u BusinessShadow (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 27, 61)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks –Direttiva 2008/95 – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark – Użu tal-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta’ klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nice – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Identifikazzjoni suffiċjentement ċara u preċiża (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95) (ara l-punt 32)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks –Direttiva 2008/95 – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark – Użu tal-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta’ klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nice – Ambitu tal-protezzjoni li tirriżulta – Obbligu tal-applikant li jispeċifika l-prodotti jew is-servizzi indirizzati mill-applikazzjoni tiegħu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95) (ara l-punt 35)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 776/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Libelle AG u Chair Entertainment Group LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chair Entertainment Group LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Libelle AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.