Language of document : ECLI:EU:T:2015:256





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Mejju 2015 — Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T‑715/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt ta’ smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti — Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 25)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi Castello u Castelló (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 33, 41, 44, 45, 49)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 29)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, art. 8(1)(b)) (ara l-punt 28)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 37)

7.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 68)

8.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Invokazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża — Irregolarità tal-proċedura — Possibbiltà li jinkiseb l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni permezz tad-dimostrazzjoni tas-sempliċi possibbiltà ta’ deċiżjoni differenti fl-assenza ta’ din l-irregolarità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 81)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.