Language of document : ECLI:EU:T:2015:600





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2015 –
Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)

(Kawża T‑714/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MIGHTY BRIGHT – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 10, 11)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali MIGHTY BRIGHT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 12, 25)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2038/2012‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MIGHTY BRIGHT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gold Crest LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).