Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2012 - La City vs UASI - Bücheler u Ewert (citydogs)

(Kawża T-444/09) 

("Trade mark Komunitarja - Ħatra ta' rappreżentant ġdid - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: La City (La Courneuve, Franza) (rappreżentant: inizjalment S. Bénoliel-Claux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner u R. Pethke, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Bücheler u Konstanze Ewert (Engelskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Awwissu 2009, (Każ R 233/2008-1), rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, La City u, min-naħa l-oħra, Andreas Bücheler u Konstanze Ewert.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

La City, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) kif ukoll Andreas Bücheler u Konstanze Ewert għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010