Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2009 - La City vs UASI - Bücheler u Ewert (citydogs)

(Kawża T-444/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La City (La Courneuve, Franza) (rappreżentant: S. Bénoliel-Claux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Bücheler u Konstanze Ewert (Engelskirchen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tal-5 ta' Awwissu 2009 fil-Każ Nru R 233/2008-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Andreas Bücheler u Kostanze Ewert

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "citydogs" għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 4 692 381)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Franċiża "CITY" għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25, peress li l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] minħabba n-nuqqas ta' probabbilità ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________